Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Il-Vuċi Tiegħi, L-Għażla Tiegħi: Għal Abort Sikur u Aċċessibbli

Preżentazzjoni u eżami

L-inizjattiva “Il-Vuċi Tiegħi, L-Għażla Tiegħi: Għal Abort Sikur u Aċċessibbli” ġiet sottomessa lill-Kummissjoni Ewropea fl-1 ta’ Settembru 2025, wara li ġabret 1,124,513 dikjarazzjoni ta’ appoġġ verifikati. Ara l-aħbarijiet tal-Kummissjoni Ewropea.

Fl-1 ta’ Ottubru 2025, l-organizzaturi tal-inizjattiva ppreżentaw l-objettivi tal-inizjattiva tagħhom f’laqgħa mal-Kummissarju Lahbib u l-uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea, f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament dwar l-IĊE. Ara l-aħbarijiet f’ritratti.

Il-preżentazzjoni ta’ din l-inizjattiva f’seduta ta’ smigħ pubbliku fil-Parlament Ewropew saret fit-2 ta’ Diċembru 2025. L-organizzaturi kienu mistiedna jagħtu dettalji dwar l-objettivi tagħhom. Il-Membri tal-Parlament Ewropew skambjaw il-fehmiet tagħhom dwar din l-inizjattiva. Ara l-paġna tas-smigħ pubbliku.

L-inizjattiva ġiet diskussa fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fis-16 ta’ Diċembru 2025. Fir-riżoluzzjoni adottata fis-17 ta' Diċembru 2025, il-Parlament Ewropew esprima l-appoġġ tiegħu għall-inizjattiva. Ara l-istqarrija għall-istampa tal-Parlament Ewropew.

Ara x’se jiġri issa: Pass pass.

 

Thumbnail of factsheet for decorative purposes
  • Pubblikazzjonijiet ġenerali
  • 18 Marzu 2026
Factsheet - Successful Initiatives - My Voice, My Choice: For Safe And Accessible Abortion
  • Factsheet - Successful Initiatives - My Voice, My Choice: For Safe And Accessible Abortion
    (643.84 KB - PDF)
  • Factsheet - Successful Initiatives - My Voice, My Choice: For Safe And Accessible Abortion
    (648.18 KB - PDF)
  • Factsheet - Successful Initiatives - My Voice, My Choice: For Safe And Accessible Abortion
    (641.18 KB - PDF)
  • Factsheet - Successful Initiatives - My Voice, My Choice: For Safe And Accessible Abortion
    (651.82 KB - PDF)
  • Factsheet - Successful Initiatives - My Voice, My Choice: For Safe And Accessible Abortion
    (646.26 KB - PDF)
  • Factsheet - Successful Initiatives - My Voice, My Choice: For Safe And Accessible Abortion
    (611.57 KB - PDF)
  • Factsheet - Successful Initiatives - My Voice, My Choice: For Safe And Accessible Abortion
    (644.47 KB - PDF)
  • Factsheet - Successful Initiatives - My Voice, My Choice: For Safe And Accessible Abortion
    (550.34 KB - PDF)
  • Factsheet - Successful Initiatives - My Voice, My Choice: For Safe And Accessible Abortion
    (650.49 KB - PDF)
  • Factsheet - Successful Initiatives - My Voice, My Choice: For Safe And Accessible Abortion
    (662.79 KB - PDF)
  • Factsheet - Successful Initiatives - My Voice, My Choice: For Safe And Accessible Abortion
    (647.71 KB - PDF)
  • Factsheet - Successful Initiatives - My Voice, My Choice: For Safe And Accessible Abortion
    (643.44 KB - PDF)
  • Factsheet - Successful Initiatives - My Voice, My Choice: For Safe And Accessible Abortion
    (637.62 KB - PDF)
  • Factsheet - Successful Initiatives - My Voice, My Choice: For Safe And Accessible Abortion
    (640.23 KB - PDF)
  • Factsheet - Successful Initiatives - My Voice, My Choice: For Safe And Accessible Abortion
    (661.37 KB - PDF)
  • Factsheet - Successful Initiatives - My Voice, My Choice: For Safe And Accessible Abortion
    (636.07 KB - PDF)
  • Factsheet - Successful Initiatives - My Voice, My Choice: For Safe And Accessible Abortion
    (660.19 KB - PDF)
  • Factsheet - Successful Initiatives - My Voice, My Choice: For Safe And Accessible Abortion
    (650.3 KB - PDF)
  • Factsheet - Successful Initiatives - My Voice, My Choice: For Safe And Accessible Abortion
    (662.9 KB - PDF)
  • Factsheet - Successful Initiatives - My Voice, My Choice: For Safe And Accessible Abortion
    (652.73 KB - PDF)
  • Factsheet - Successful Initiatives - My Voice, My Choice: For Safe And Accessible Abortion
    (654.09 KB - PDF)
  • Factsheet - Successful Initiatives - My Voice, My Choice: For Safe And Accessible Abortion
    (625.76 KB - PDF)
  • Factsheet - Successful Initiatives - My Voice, My Choice: For Safe And Accessible Abortion
    (649.25 KB - PDF)

 

Tweġiba tal-Kummissjoni Ewropea

Il-konklużjonijiet ewlenin tal-Komunikazzjoni.

Wara li analizzat bir-reqqa l-inizjattiva u fir-rigward tal-limitazzjonijiet tat-Trattati tal-UE għall-kompetenza tal-UE fil-qasam tas-saħħa pubblika, il-Kummissjoni tenfasizza li l-Istati Membri jistgħu jiddependu fuq l-istrumenti eżistenti tal-UE biex itejbu l-aċċess ugwali għal servizzi tal-kura tas-saħħa legalment disponibbli u affordabbli, inklużi servizzi ta’ abort sikuri.

Dan l-appoġġ tal-UE jista’ jiġi pprovdut permezz tal-programm tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), f’każ li l-Istati Membri jkunu jixtiequ, b’mod volontarju u f’konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom, jipprovdu tali appoġġ, b’mod partikolari billi jużaw jew jallokaw mill-ġdid ir-riżorsi disponibbli taħt il-programmi tal-FSE+ tagħhom. Il-FSE+ jista’ jintuża biex itejjeb l-aċċess għal servizzi ta’ abort legalment disponibbli, affordabbli u sikuri għan-nisa tqal. Il-FSE+ jista’ jappoġġa l-isforzi ta’ dawn l-Istati Membri, filwaqt li jagħtihom awtonomija biex jiddeterminaw kif u taħt liema kundizzjonijiet se jiġi pprovdut aċċess għal abort sikur u legali.

Peress li l-appoġġ tal-UE diġà jista’ jiġi pprovdut relattivament malajr mill-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu dan taħt l-istrumenti eżistenti, mhuwiex meħtieġ li jiġi propost strument legali ġdid.

Footer banner
Tixtieq titgħallem u tikkollabora?