Fil-5 ta’ Ġunju 2025, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 (Kawża T-158/21), li fiha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba tal-organizzaturi tal-inizjattiva “Minority SafePack” biex tiġi annullata l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li twieġeb għal dik l-inizjattiva. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat is-sentenza tal-Qorti Ġenerali.
