Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

L-idea tiegħek tista’ tkun tajba għall-inizjattiva taċ-ċittadini?

Learn whether your idea can be a European citizens' initiative (ECI)

Biex ikollok idea jekk il-proposta tiegħek tistax tkun suġġett ta' inizjattiva taċ-ċittadini, jeħtieġlek tiċċekkja jekk tikkonċernax qasam ta' politika fejn l-UE għandha l-kompetenza u jekk il-Kummissjoni għandhiex is-setgħa li tissottometti proposta għal att legali f'dan il-qasam.

Fost l-informazzjoni meħtieġa biex tirreġistra l-inizjattiva tiegħek, trid tindika d-dispożizzjoni(jiet) tat-Trattat (artikolu jew referenza usa’) li tqis rilevanti għall-azzjoni li qed tipproponi.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tipproponi att legali meta:

  • l-artikolu jirreferi għall-proċedura leġiżlattiva ("il-proċedura leġiżlattiva ordinarja" jew "il-proċedura leġiżlattiva speċjali"), ħlief f'każijiet speċifiċi fejn l-artikolu jipprovdi xort'oħra (i.e. isemmi speċifikament li istituzzjoni oħra minbarra l-Kummissjoni tista' tagħmel il-proposta)

JEW

  • l-artikolu jsemmi speċifikament li l-Kummissjoni hi responsabbli biex tagħmel proposta.
    Pereżempju: “Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni [...]".

Għandek bżonn aktar informazzjoni?

 

Oqsma ta' politika u Artikoli tat-Trattati relatati

Iċċekkja jekk l-idea tiegħek torbotx ma’ xi qasam jew aktar ta’ politika hawn taħt u aqra l-artikoli tat-Trattat korrispondenti biex tara jekk il-Kummissjoni għandhiex is-setgħa tissottometti proposta għal att legali f'dak il-qasam ta' politika
Oqsma ta' politikaL-Artikoli tat-Trattat (TFUE*, ħlief jekk ikun provdut xort'oħra)
L-agrikoltura u s-sajdArtikoli 38 – 44
BaġitArtikoli 310 – 324
Protezzjoni ċiviliArtikolu 196
KompetizzjoniArtikoli 101 – 109
Protezzjoni tal-konsumaturArtikolu 169
KulturaArtikolu 167
DwanaArtikoli 30 – 33
Żvilupp u kooperazzjoniArtikoli 208 – 213
Politiki ekonomiċi u monetarjiArtikoli 119 – 144
Edukazzjoni, taħriġ,żgħażagħ u sportArtikoli 165 – 166
Impjiegi u affarijiet soċjaliArtikoli 145 – 161
EnerġijaArtikolu 194
TkabbirTUE* – Artikolu 49
Artikolu 212
Ambjent u azzjoni dwar il-klimaArtikoli 191 – 193
Kummerċ barraniArtikoli 206 – 207
Ġlieda kontra l-frodiArtikolu 325
Sikurezza alimentariArtikoli 43, 168 – 169

Moviment liberu:

  • Persuni
  • Servizzi
  • Kapital

 

Għajnuna umanitarjaArtikolu 214
Industrija u intrapriżaArtikolu 173
Soċjetà tal-informazzjoniArtikoli 179 – 190
Suq intern u moviment liberu tal-prodottiArtikoli 26– 29 , 114, 115

Ġustizzja, libertà u sigurtà

  • Politiki dwar il-kontrolli mal-fruntieri, il-kenn u l-immigrazzjoni
  • Kooperazzjoni ġudizzjarja
  • Kooperazzjoni tal-Pulizija

Artikoli 67 – 89

Non-diskriminazzjoni u ċittadinanzaArtikoli 18 – 25
Saħħa pubblikaArtikolu 168
Poltika reġjonali – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjaliArtikoli 174 – 178, Artikoli 162 – 164
Riċerka u innovazzjoniArtikoli 179 – 190
TassazzjoniArtikoli 110 – 113
TuriżmuArtikolu 195
TrasportArtikoli 90 – 100

TFUE: It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - TUE = Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

NB: Din il-lista tkopri l-oqsma ta' politika wesgħin stipulati fit-Trattati tal-UE u mhix lista eżawrjenti. Jekk jogħġobkom ikkonsultaw it-test sħiħ tat-Trattati għal iktar informazzjoni.

It-test hawn fuq hu intiż bħala gwida għall-organizzaturi tal-inizjattivi taċ-ċittadini. Ma jorbotx legalment lill-Kummissjoni Ewropea. Ma jiddikjarax li hi informazzjoni eżawrjenti u ma jirrappreżentax interpretazzjoni uffiċjali tat-test tat-Trattati.

Footer banner
Tixtieq titgħallem u tikkollabora?