Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

FAQ dwar il-kompetenzi tal-UE u s-setgħat tal-Kummissjoni Ewropea

Il-kompetenzi tal-UE

X'inhuma l-kompetenzi tal-UE? Fejn jinsabu ddefiniti?

Il-kompetenzi tal-Unjoni huma ddefiniti fit-Trattati tal-UE (l-Artikoli 2-6 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea -TFUE).

Oqsma ta' politikaL-Artikoli tat-Trattat (TFUE*, ħlief jekk ikun provdut xort'oħra)
L-agrikoltura u s-sajdArtikoli 38 – 44
BaġitArtikoli 310 – 324
Protezzjoni ċiviliArtikolu 196
KompetizzjoniArtikoli 101 – 109
Protezzjoni tal-konsumaturArtikolu 169
KulturaArtikolu 167
DwanaArtikoli 30 – 33
Żvilupp u kooperazzjoniArtikoli 208 – 213
Politiki ekonomiċi u monetarjiArtikoli 119 – 144
Edukazzjoni, taħriġ,żgħażagħ u sportArtikoli 165 – 166
Impjiegi u affarijiet soċjaliArtikoli 145 – 161
EnerġijaArtikolu 194
TkabbirTUE* – Artikolu 49
Artikolu 212
Ambjent u azzjoni dwar il-klimaArtikoli 191 – 193
Kummerċ barraniArtikoli 206 – 207
Ġlieda kontra l-frodiArtikolu 325
Sikurezza alimentariArtikoli 43, 168 – 169

Moviment liberu:

  • Persuni
  • Servizzi
  • Kapital

 

Għajnuna umanitarjaArtikolu 214
Industrija u intrapriżaArtikolu 173
Soċjetà tal-informazzjoniArtikoli 179 – 190
Suq intern u moviment liberu tal-prodottiArtikoli 26– 29 , 114, 115

Ġustizzja, libertà u sigurtà

  • Politiki dwar il-kontrolli mal-fruntieri, il-kenn u l-immigrazzjoni
  • Kooperazzjoni ġudizzjarja
  • Kooperazzjoni tal-Pulizija

Artikoli 67 – 89

Non-diskriminazzjoni u ċittadinanzaArtikoli 18 – 25
Saħħa pubblikaArtikolu 168
Poltika reġjonali – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjaliArtikoli 174 – 178, Artikoli 162 – 164
Riċerka u innovazzjoniArtikoli 179 – 190
TassazzjoniArtikoli 110 – 113
TuriżmuArtikolu 195
TrasportArtikoli 90 – 100

It-Trattat tal-Unjoni Ewropea jagħti wkoll lill-UE l-kompetenza biex tiddefinixxi u timplimenta l-politika barranija u ta' sigurtà komuni, inkluż l-ippjanar progressiv ta' politika komuni tad-difiża.

NB: Fil-biċċa l-kbira tal-oqsma politiki fejn l-UE tista' taġixxi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissottometti proposta għal att legali. Madanakollu, f'xi wħud minnhom - bħal fil-każ tal-politika barranija u ta' sigurtà - il-Kummissjoni m'għandhiex din is-setgħa.

X'inhuma l-kategoriji differenti ta' kompetenza tal-UE?

Il-kompetenzi tal-UE huma maqsumin fi tliet kategoriji:

  • l-UE għandha kompetenza esklużiva (l-Artikolu 3 TFUE) (l-UE biss tista' taġixxi)
  • il-kompetenzi huma maqsumin bejn l-UE u l-istati membri (l-Artikolu 4 TFUE) (L-istati membri jistgħu jaġixxu biss jekk l-UE tagħżel li ma tiħux azzjoni)
  • l-UE għandha kompetenzi biex tappoġġa, tikkoordina jew tissuplimenta l-azzjonijiet tal-istati membri (l-Artikolu 6 TFUE) – f'dawn l-oqsma l-UE ma tistax tadotta atti li jorbtu legalment li jeħtieġu lill-istati membri jarmonizzaw il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom.
Xi tfisser "kompetenza maqsuma"?

"Kompetenza maqsuma" tfisser li kemm l-UE kif ukoll l-istati membri tagħha jistgħu jadottaw atti li jorbtu legalment fl-oqsma kkonċernati.

Madanakollu, l-istati membri jistgħu jagħmlu dan biss fejn l-UE ma teżerċitax il-kompetenza tagħha jew ma tagħmilx dan espliċitament.

Fl-oqsma fejn l-UE tista' twettaq azzjonijiet biex tappoġġa, tikkoordina jew tissupplimenta azzjoni mill-istati membri, l-UE għandha l-kompetenza li tarmonizza l-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-istati membri?

LE - atti li jorbtu legalment tal-Unjoni relatati ma dawn l-oqsma m'għandhomx jitolbu armonizzazzjoni tal-liġijiet jew regolamenti nazzjonali.

Is-setgħat tal-Kummissjoni Ewropea biex tipproponi att legali tal-Unjoni

X'inhu att legali tal-Unjoni?

Atti legali tal-UE huma atti leġiżlattivi jew mhux leġiżlattivi adottati mill-istittuzzjonijiet tal-UE.

L-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jadottaw ħames tipi ta' atti.

Atti li jorbtu legalment

  • regolamenti
  • direttivi
  • deċiżjonijiet


Atti li ma jorbtux legalment

  • rakkomandazzjonijiet
  • opinjonijiet

Għal iktar dettalji ara l-Artikolu 288 TFUE.

X'inhu r-rwol tal-Kummissjoni fil-proċess leġiżlattiv tal-UE?

Fil-proċess leġiżlattiv tal-UE, il-Kummissjoni tagħmel proposta għal att legali tal-Unjoni. Biex issir liġi, il-proposta trid tiġi adottata mil-leġiżlatur. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-leġiżlaturi hu l-Parlament Ewropew u l-Kunsill. F'xi każijiet, huwa wieħed minnhom biss.

Inizjattiva taċ-ċittadini tistieden lill-Kummissjoni tipproponi att legali. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tressaq proposta, din trid tiġi adottata mil-leġiżlatur biex issir liġi.

Għal aktar informazzjoni dwar il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, ara Kif isiru d-deċiżjonijiet tal-UE.

Il-Kummissjoni tista' tipproponi att legali f'kull qasam fejn l-UE għandha kompetenza?

LE – pereżempju, l-UE għandha kompetenza għall-politika barranija u ta' sigurtà komuni iżda l-Kummissjoni m'għandhiex is-setgħa li tipproponi att legali f'dan il-qasam.

F'liema każijiet il-Kummissjoni tista' tissottometti proposta għal att legali?
  • Fil-każijiet kollha fejn jiġi adottat att legali tal-UE permezz ta' proċedura leġiżlattiva (ordinarja jew speċjali) sakemm it-Trattati ma jistabbilixxux mod ieħor.

U

  • fil-każijiet kollha fejn it-Trattati espliċitament jiddikjaraw li l-Kummissjoni hija responsabbli għal proposta ta' att legali.
X'inhi l-proċedura leġiżlattiva ordinarja? Il-Kummissjoni hi responsabbli li tissottometti proposta skont din il-proċedura?

Din hija proċedura ta' teħid ta' deċiżjoni standard għall-maġġoranza tal-oqsma politiki tal-UE.

Hija magħrufa wkoll bħala kodeċiżjoni billi tinvolvi adozzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill ta' regolamenti, direttivi jew deċiżjonijiet (ara l-Artikolu 294 TFUE). Ebda minn dawn l-istituzzjonijiet (il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill) ma tista' tadotta l-att waħedha.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta ta' att leġiżlattiv lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Iktar dwar il-proċedura leġiżlattiva ordinarja

X'inhi l-proċedura leġiżlattiva speċjali? Il-Kummissjoni hi responsabbli li tissottometti proposta skont din il-proċedura?

Proċeduri leġiżlattivi speċjali japplikaw f'każijiet speċifiċi espliċitament imsemmija fit-Trattati, fejn regolament, direttiva jew deċiżjoni hija adotta mill-Parlament Ewropew bil-parteċipazzjoni tal-Kunsill, jew mill-Kunsill bil-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew (l-Artikolu 289(2) TFUE).

Il-proċeduri leġiżlattivi speċjali huma differenti skont il-kwistjoni.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta ta' att leġiżlattiv lil-leġiżlatur (il-Parlament/il-Kunsill), minbarra fejn it-Trattati jistabbilixxu mod ieħor.

Hemm proċeduri oħrajn (mhux leġiżlattivi) li jistgħu jwasslu għall-adozzjoni ta' att legali tal-Unjoni (minbarra att leġiżlattiv) fuq proposta mill-Kummissjoni?

IVA – il-proċedura għall-adozzjoni tagħhom hija ddefinita skont il-każ fit-Trattati.

Dawn l-atti huma adottati fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni biss meta dan hu stabbilit mit-Trattati.

It-test hawn fuq hu intiż bħala gwida għall-organizzaturi tal-inizjattivi taċ-ċittadini. Ma jorbotx legalment lill-Kummissjoni Ewropea. Ma jiddikjarax li hi informazzjoni eżawrjenti u ma jirrappreżentax interpretazzjoni uffiċjali tat-test tat-Trattati.

Footer banner
Tixtieq titgħallem u tikkollabora?