Mur għall-kontenut ewlieni
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Wieħed Minna (One of us)

Sottomissjoni u eżami

One of us ġiet sottomessa lill-Kummissjoni fis-28/02/2014 wara li ġabret 1,721,626 dikjarazzjoni ta’ appoġġ. Ara l-istqarrija għall-istampa.

L-organizzaturi ltaqgħu mal-Kummissarju responsabbli għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u x-Xjenza, is-Sna Geoghegan-Quinn, u d-Deputat Direttur-Ġenerali responsabbli għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni, is-Sur Cornaro fid-09/04/2014. Ara l-istqarrija għall-istampa.

Kien hemmsmigħ pubbliku fil-Parlament Ewropew 17/02/2014 .

Tweġiba tal-Kummissjoni Ewropea

Data tad-deċiżjoni: 28/05/2014
Dokumenti uffiċjali relatati mad-deċiżjoni:

Is-segwitu

Fil-Komunikazzjoni adottata fit-28/05/2014, il-Kummissjoni tispjega li hija ddeċidiet li ma tressaqx proposta leġiżlattiva, minħabba li l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew kienu reċentement iddiskutew u ddeċidew fuq il-politika tal-UE f’dan ir-rigward. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-qafas ta’ finanzjament eżistenti, li dan l-aħħar ġie diskuss u miftiehem mill-Istati Membri tal-UE u mill-Parlament Ewropew, huwa dak xieraq. Ara l-istqarrija għall-istampa.

Tixtieq titgħallem u tikkollabora?