Mur għall-kontenut ewlieni
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar talbiet għar-reġistrazzjoni ta’ żewġ Inizjattivi ġodda taċ-Ċittadini Ewropej

New initiative registered

Illum, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirreġistra Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej intitolata “The Green VAT - VAT Ekoloġiku tal-UE biex jistimula prodotti u servizzi sostenibbli u ekoloġiċi”. L-organizzaturi tal-inizjattiva jappellaw lill-Kummissjoni biex tipproponi att legali bil-għan li “titnaqqas ir-rata tal-VAT għal prodotti u servizzi ekoloġiċi”.

Illum ukoll, il-Kummissjoni kellha tirrifjuta r-reġistrazzjoni tal-“inizjattiva EVE għall-ħolqien tad-dritt ta’ deċiżjoni”. Dan ir-rifjut, l-ewwel mill-introduzzjoni tar-regoli l-ġodda f’Jannar 2020, segwa proċedura f’żewġ stadji. Fl-ewwel stadju, l-organizzaturi ġew mistiedna jemendaw l-inizjattiva inizjali tagħhom, filwaqt li jqisu l-ewwel valutazzjoni tal-Kummissjoni.

Tixtieq titgħallem u tikkollabora?