Mur għall-kontenut ewlieni
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

L-aħħar aħbarijiet

Logo composed of the EU flag with graphic elements and the words European Econoomic and Social Committee
  • 14/01/2026
Dibattitu dwar l-IĊE “My Voice, My Choice: Għal Abort Sikur u Aċċessibbli” fis-sessjoni plenarja tal-KESE

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) ser jorganizza dibattitu dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej ta’ suċċess “My Voice, My Choice: Għal Abort Sikur u Aċċessibbli” fis-sessjoni plenarja tiegħu nhar l-Erbgħa 21 ta’ Jannar 2026. Id-dibattitu huwa marbut mal-adozzjoni tal-Opinjoni tal-KESE dwar din l-inizjattiva.

Il-webstreaming huwa disponibbli.

New initiative registered
  • 05/01/2026
Irreġistrata inizjattiva ġdida: “Etika, Trasparenza u Integrità għall-Partiti Politiċi Ewropej”

Fil-5 ta’ Jannar, il-Kummissjoni Ewropea rreġistrat inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Etika, Trasparenza u Integrità għall-Partiti Politiċi Ewropej”.

L-inizjattiva tistieden lill-Kummissjoni “tfassal mudell Ewropew ta’ governanza etika bbażat fuq it-trasparenza, l-integrità u r-responsabbiltà kondiviża”. L-organizzaturi tal-inizjattiva għandhom sitt xhur biex iniedu l-ġbir tal-firem.

Din hija l-ewwel inizjattiva rreġistrata fl-2026, u l-125 waħda mill-2012.

A group of people in front of the EU flag
  • 12/12/2025
Il-Kummissjoni Ewropea tirċievi lill-organizzaturi tat-13-il inizjattiva b’suċċess taċ-ċittadini Ewropej

F’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament dwar l-IĊE, l-organizzaturi ta’ “Projbizzjoni ta’ prattiki ta’ konverżjoni fl-Unjoni Ewropea” ngħataw l-opportunità jispjegaw l-objettivi tal-inizjattiva tagħhom fid-dettall. Dawn intlaqgħu fit-12 ta’ Diċembru 2025 mill-Kummissarju għall-Ugwaljanza Hadja Lahbib u mill-uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea.

New initiative registered
  • 03/12/2025
Irreġistrata inizjattiva ġdida: “Daqshekk standards doppji dwar id-drittijiet tal-bniedem”

Fit-3 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni Ewropea rreġistrat inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Daqshekk standards doppji dwar id-drittijiet tal-bniedem”.

Hija titlob li titwaqqaf sorveljanza standardizzata għad-drittijiet tal-bniedem fl-oqsma kollha ta’ kompetenza tal-Kummissjoni fl-azzjoni esterna tagħha ma’ pajjiżi terzi”. 

L-organizzaturi tal-inizjattiva għandhom sitt xhur biex iniedu l-ġbir tal-firem.

EU flag, with a symbol and name of the European Parliament
  • 28/11/2025
Smigħ pubbliku u dibattitu pleanrju dwar “My Voice, My Choice: Għal Abort Sikur u Aċċessibbli” fil-Parlament Ewropew

Fit-2 ta’ Diċembru, il-Parlament Ewropew se jżomm seduta ta’ smigħ pubblika dwar it-12-il Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ta’ suċċess “Il-Vuċi Tiegħi, l-Għażla Tiegħi: Għal Abort Sikur u Aċċessibbli”. L-organizzaturi ġew mistiedna jippreżentaw l-objettivi tal-inizjattiva u jinvolvu ruħhom mal-Membri tal-Parlament Ewropew. Hadja Lahbib, il-Kummissarju għall-Ugwaljanza, il-Preparatezza u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet, se tirrappreżenta l-Kummissjoni Ewropea fis-smigħ. 

Fit-16 ta’ Diċembru, Membri tal-Parlament Ewropew se jiddibattu l-inizjattiva matul is-sessjoni plenarja, bil-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.
 

Iż-żewġ laqgħat jixxandru fuq l-internet u jiġu reġistrati.

New initiative registered
  • 25/11/2025
Irreġistrati żewġ inizjattivi ġodda

Fil-25 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni rreġistrat żewġ inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej: 

L-organizzaturi tal-inizjattiva għandhom sitt xhur biex iniedu l-ġbir tal-firem.

An image of a badge with "1M" in it
  • 17/11/2025
It-13 inizjattiva valida “Projbizzjoni ta’ prattiki ta’ konverżjoni fl-Unjoni Ewropea” ppreżentata lill-Kummissjoni għal eżami

Fis-17 ta’ Novembru 2025, l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej “Projbizzjoni ta’ prattiki ta’ konverżjoni fl-Unjoni Ewropea” ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni Ewropea, u b’hekk saret it-13 inizjattiva ta’ suċċess li se tiġi eżaminata mill-Kummissjoni. 

L-inizjattiva ġabret 1,128,063 dikjarazzjoni vverifikata ta’ appoġġ miċ-ċittadini tal-UE, biex qabżet il-minimu meħtieġ ta’ miljun dikjarazzjoni valida ta’ appoġġ u laħqet il-limiti fi 11-il Stat Membru.

L-organizzaturi tal-inizjattiva jappellaw lill-Kummissjoni biex tipproponi projbizzjoni legali vinkolanti fuq il-prattiki ta’ konverżjoni mmirati lejn iċ-ċittadini LGBTQ+ fl-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni għandha sat-18 ta’ Mejju 2026 biex tippreżenta t-tweġiba uffiċjali tagħha, biex tiddeskrivi l-azzjonijiet li biħsiebha tieħu, jekk ikun hemm. Ara x’qed jiġri sadanittant: Pass pass.

Physical event (3rd party)
  • 31/10/2025
Sessjoni ta’ ħidma: Nagħtu s-setgħa liċ-Ċittadini: Insaħħu l-Involviment għal Futur tal-UE Reżiljenti”

Fis-Summit dwar l-Affarijiet Pubbliċi ta’ din is-sena fi Brussell, il-workshop “Nagħtu s-setgħa liċ-Ċittadini: Insaħħu l-Involviment għal Futur tal-UE Reżiljenti” se jħares lejn kif iċ-ċittadini jista’ jkollhom rwol aktar b’saħħtu fit-tfassil tad-deċiżjonijiet tal-UE, inkluż bl-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Il-kelliema jinkludu David Knight, Assistent tal-Politika fit-tim tal-Kummissarju Maroš Šefčovič u Elisa Lironi, Viċi Direttur Eżekuttiv fl-ECAS.

Il-Ħamis, 6 ta’ Novembru 2025, 12:00 (CET)

  • 01/10/2025
Il-Kummissjoni Ewropea tirċievi lill-organizzaturi tat-12-il inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej ta’ suċċess

F’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament dwar l-IĊE, l-organizzaturi tat-tnax-il inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej ta’ suċċess “Il-Vuċi Tiegħi, l-Għażla Tiegħi: Għal Abort Skur u Aċċessibbli” ingħataw l-opportunità li jispjegaw l-objettivi tal-inizjattiva tagħhom fid-dettall. Dawn intlaqgħu fl-1 ta’ Ottubru 2025 mill-Kummissarju għall-Ugwaljanza Hadja Lahbib u mill-uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea.

Icon of paper with list and checkmarks and big 'X' indicating refused
  • 29/09/2025
Il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar talba għar-reġistrazzjoni ta’ inizjattiva ġdida

Fid-29 ta’ Settembru, il-Kummissjoni kellha tirrifjuta r-reġistrazzjoni tal-inizjattiva “Għażla etika tar-rappreżentanti Ewropej”. L-inizjattiva ma ssodisfatx il-kundizzjonijiet formali stabbiliti fir-Regolament dwar l-IĊE.

Dan huwa t-tieni rifjut minn meta beda japplika r-Regolament il-ġdid dwar l-IĊE f’Jannar 2020.

Tixtieq titgħallem u tikkollabora?