Mur lura għall-paġna ewlenija tal-Gwida dwar il-Protezzjoni tad-Data għall-organizzaturi
Gwida dwar il-Protezzjoni tad-Data - Mistoqsija 13
Sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġbura lill-Istati Membri għall-verifika - min hu l-kontrollur tad-data?
Meta tiġbor id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ permezz tas-sistema ċentrali ta’ ġbir online tal-Kummissjoni, is-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ titħaddem direttament mill-Kummissjoni permezz tas-servizz ta’ skambju tal-files tagħha.
Is-sottomissjoni hi koperta minn ftehim ta’ kontroll konġunt rilevanti.
Meta tiġbor id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ fuq karta tista’ tagħżel li tissottomettihom jew
- bil-mezzi tiegħek stess – jekk jogħġbok iċċekkja r-rakkomandazzjonijiet tas-sigurtà jew
- permezz tas-servizz ta’ skambju tal-files tal-Kummissjoni. F’dan il-każ is-sottomissjoni hi operata skont il-ftehim ta’ kontroll konġunt rilevanti.