Mur għall-kontenut ewlieni
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Gwida dwar il-Protezzjoni tad-Data - Mistoqsija 1

Mur lura għall-paġna ewlenija tal-Gwida dwar il-Protezzjoni tad-Data għall-organizzaturi

 

Gwida dwar il-Protezzjoni tad-Data - Mistoqsija 1

Sistema ċentrali ta’ ġbir online - x’inhuma l-obbligi tal-Kummissjoni u r-rappreżentant tal-grupp ta’ organizzaturi bħala kontrolluri konġunti?

Japplika għax-Xenarju tal-Każ 1 

Bħala grupp ta’ organizzaturi, trid tuża s-sistema ċentrali ta’ ġbir online tal-Kummissjoni għall-ġbir online tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ u s-servizz tal-iskambju tal-files għas-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġbura lill-Istati Membri għall-verifika.

F’każ bħal dan, ir-rappreżentant tal-grupp ta’ organizzaturi u l-Kummissjoni Ewropea jaġixxu bħala kontrolluri konġunti tad-data, abbażi ta’ ftehim standard ta’ kontroll konġunt, li jagħti dettalji dwar l-obbligi taż-żewġ kontrolluri. Is-servizzi tal-Kummissjoni huma pprovduti mingħajr ħlas.

Skont il-ftehim ta’ kontroll konġunt, il-Kummissjoni tassumi l-maġġoranza tal-obbligi tal-kontrolluri, fosthom:

  • Hi topera u żżomm is-sistemi tal-IT rilevanti li jippermettu l-ġbir u l-ħżin tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ u (b’mod fakultattiv) tal-emails tal-firmatarji
  • Tista’ tibgħat messaġġi bl-email lil dawk il-firmatarji li abbonaw biex jirċievu informazzjoni dwar il-progress tal-inizjattiva
  • Hi tipprovdi valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data u rekord tal-attivitajiet ta’ pproċessar
  • Hi tiżgura li l-firmatarji jiġu ppreżentati bl-istqarrija ta’ privatezza xierqa u li l-mistoqsijiet u t-talbiet tagħhom skont il-GDPR/EUDPR jingħataw segwitu xieraq.
  • Hi tiżgura s-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġbura lill-Istati Membri għall-verifika u teqred id-data miġbura f’konformità mal-perjodi ta’ żamma tad-data applikabbli.

Fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar li għalihom il-Kummissjoni hi responsabbli taħt il-ftehim ta’ kontroll konġunt, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni jimmonitorja l-implimentazzjoni mill-Kummissjoni tal-obbligi tagħha skont l-EUDPR.

Il-kompiti tar-rappreżentant/tal-organizzaturi huma tipikament limitati għal dawn li ġejjin:

  • Huma jiddeċiedu d-data tal-bidu u d-data tat-tmiem tal-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ, kif ukoll id-data tas-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġbura lill-awtoritajiet tal-Istati Membri;
  • Huma jistgħu jibagħtu messaġġi bl-email lil dawk il-firmatarji li abbonaw biex jirċievu informazzjoni dwar il-progress tal-inizjattiva;
  • Huma jirreferu lill-Kummissjoni t-talbiet tas-suġġetti tad-data għal aktar trattament;
  • Jinfurmaw lill-Kummissjoni f’każ li l-limiti ta’ żmien standard għaż-żamma tad-data jiġu aġġustati skont l-Artikolu 19 tar-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej.

Referenzi:

 

    Tixtieq titgħallem u tikkollabora?