![IT developments](https://citizens-initiative.europa.eu/sites/default/files/styles/oe_theme_ratio_3_2_medium/public/2022-10/ECI_ICONS_22.%20IT%20developments%20.png?itok=27FLD6M3)
Funzjonalitajiet ġodda fis-Sistema Ċentrali ta’ Ġbir Online tal-ECI.
Verżjoni ġdida tal-applikazzjoni tas-Sistema Ċentrali ta’ Ġbir Online tal-ECI (COCS) ġiet rilaxxata reċentement. Din tinkludi l-Captcha ġdid fjamant tal-UE (modulu ta’ sigurtà biex jiġi vverifikat jekk l-utent huwiex uman) li huwa sors miftuħ, multilingwi u konformi mal-GDPR
Is-COCS il-ġdida toffri wkoll lill-organizzaturi tal-inizjattiva statistika dettaljata dwar l-użu tas-sistema għall-ġbir tal-firem. Il-maġġoranza tal-inizjattivi miftuħa jużaw is-COCS u l-inizjattivi l-ġodda kollha rreġistrati mill-1 ta’ Jannar 2023 se jkunu meħtieġa jużawha.