Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Rieżami tal-IĊE tal-2023

Ħarsa ġenerali

Il-Kummissjoni Ewropea hija meħtieġa li perjodikament teżamina mill-ġdid kif qed taħdem l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Hija tippreżenta s-sejbiet tagħha f’rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 

Il-Kummissjoni adottat l-ewwel rapport tagħha dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/788 fis-6 ta’ Diċembru 2023. Fil-proċess ta’ rieżami, il-Kummissjoni ffukat fuq inizjattivi rreġistrati mill-1 ta’ Jannar 2020 u fuq inizjattivi rreġistrati taħt l-ewwel Regolament dwar l-IĊE li kienu għadhom għaddejjin fl-1 ta’ Jannar 2020 f’diversi stadji tal-proċedura tal-IĊE. 

Il-Kummissjoni wettqet numru ta’ konsultazzjonijiet biex iservu bħala bażi ta’ evidenza għar-rapport ta’ rieżami (disponibbli bl-Ingliż biss):

Consultations with ECI organisers
An online survey targeting Member State authorities
An online survey targeting citizens
An exit survey targeting ECI signatories

Ir-rapport ta’ rieżami jinkorpora s-sejbiet ta’ “Studju dwar Soluzzjonijiet Tekniċi għall-Organizzaturi tal-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej” (disponibbli bl-Ingliż biss) imwettaq minn tim estern ta’ riċerka tal-IT biex janalizza l-possibbiltajiet għal soluzzjonijiet inkorporati għas-sistema ċentrali ta’ ġbir online li l-Kummissjoni tista’ toffri lill-organizzaturi tal-IĊE.

Ir-rapport ta’ rieżami jindirizza wkoll diversi kwistjonijiet inklużi fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Ġunju 2023 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolamenti dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej u jikkomplementa t-tweġiba tal-Kummissjoni għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew. 

SP(2023)412-0

Iċċekkja l-istqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni u l-fatti u ċ-ċifri ewlenin għall-perjodu ta’ rapportar.

 

Dokumenti

COM_2023_787_MT
alt=””
Factsheet - 2023 ECI review
Study on Technical Solutions for Organisers of European Citizens Initiatives
Footer banner
Tixtieq titgħallem u tikkollabora?