Mur għall-kontenut ewlieni
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Gwida dwar il-Protezzjoni tad-<i>Data</i> - Mistoqsija 3

Mur lura għall-paġna ewlenija tal-Gwida dwar il-Protezzjoni tad-Data għall-organizzaturi

 

Gwida dwar il-Protezzjoni tad-Data - Mistoqsija 3

“Data sensittiva” - id-data tal-firmatarji, meta tikkwalifika bħala kategorija speċjali ta’ data?

Id-data relatata mar-reliġjon, l-opinjonijiet politiċi, is-saħħa, eċċ. titqies bħala kategorija speċjali (“data sensittiva”) skont il-GDPR u l-EUDPR u tingħata protezzjoni speċjali. Data personali sensittiva tista’ tiġi pproċessata biss mill-organizzazzjonijiet jekk ikun hemm fis-seħħ salvagwardji speċifiċi.

L-appoġġ għal inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej hu attività politika u jista’ jiżvela l-opinjonijiet politiċi tal-firmatarji, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, l-orjentazzjonijiet, eċċ.

Il-premessa 12 tar-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej tispjega li:

“Filwaqt li data personali pproċessata skont dan ir-Regolament tista’ tinkludi data sensittiva, minħabba n-natura tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej bħala strument ta’ demokrazija parteċipattiva, huwa ġġustifikat li jkun meħtieġ l-għoti ta’ data personali li tappoġġja inizjattiva u l-ipproċessar ta’ tali data sa fejn huwa meħtieġ sabiex ikun permess li d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ ikunu verifikati f’konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali”.

Meta d-data tal-firmatarji tikkwalifika bħala kategorija speċjali ta’ data (“data sensittiva”), jeħtieġ li jittieħdu miżuri addizzjonali biex jiġi żgurat l-ipproċessar legali ta’ tali data. B’mod partikolari, hu obbligatorju li jinħatar Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD). Meta tali data tiġi pproċessata fuq skala kbira, hu obbligatorju wkoll li titwettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data (DPIA).

JEKK JOGĦĠBOK INNOTA:

Jekk l-ipproċessar tad-data tal-firmatarji jsir taħt kontroll konġunt mal-Kummissjoni, is-servizzi kollha tal-Kummissjoni jiġu adattati għall-fatt li d-data kkonċernata tista’ tkun sensittiva. B’mod partikolari, id-data kollha tinħażen f’forma kriptata u l-ipproċessar hu kopert minn DPIA. L-UPD tal-Kummissjoni jimmonitorja l-implimentazzjoni mill-Kummissjoni tal-obbligi tagħha skont l-EUDPR fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar li għalihom hi responsabbli l-Kummissjoni.

Referenzi:

 

Tixtieq titgħallem u tikkollabora?