Mur lura għall-paġna ewlenija tal-Gwida dwar il-Protezzjoni tad-Data għall-organizzaturi
Gwida dwar il-Protezzjoni tad-Data - Mistoqsija 8
X’inhu r-rwol ta’ Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD)?
Meta għandek taħtar Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data?
Il-ħatra ta’ Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) hi legalment meħtieġa b’mod partikolari meta data sensittiva tkun qed tiġi pproċessata fuq skala kbira.
L-UPD jista’ jkun membru tal-istaff tal-organizzazzjoni tiegħek jew jista’ jiġi kkuntrattat esternament abbażi ta’ kuntatt ta’ servizz. UPD jista’ jkun individwu jew organizzazzjoni.
X’inhuma l-kompiti u r-responsabbiltajiet ta’ Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data?
L-UPD jassisti lill-kontrollur fil-kwistjonijiet kollha relatati mal-protezzjoni tad-data personali. Il-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-UPD huma spjegati fid-dettall fil-Linji Gwida tal-EDPB dwar l-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data.
Jekk din il-pożizzjoni tiġi stabbilita, id-dettalji ta’ kuntatt tal-UPD jiġu kkomunikati fl-indirizz web tal-inizjattiva fir-Reġistru tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej u fl-istqarrija ta’ privatezza.
JEKK JOGĦĠBOK INNOTA:
Għall-operazzjonijiet tal-ipproċessar li għalihom il-Kummissjoni hi responsabbli skont il-ftehim ta’ kontroll konġunt (Xenarju tal-każ 1), l-UPD tal-Kummissjoni jimmonitorja l-implimentazzjoni mill-Kummissjoni tal-obbligi tagħha skont l-EUDPR. L-organizzaturi jistgħu jaħtru UPD skont l-Artikolu 37 tal-GDPR fir-rigward tar-responsabbiltajiet tagħhom bħala kontrollur (konġunt).
Referenzi:
- L-Artikoli 37-39 tas-GDPR.
- Il-Linji gwida tal-EDPB dwar l-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data