Mur lura għall-paġna ewlenija tal-Gwida dwar il-Protezzjoni tad-Data għall-organizzaturi
Gwida dwar il-Protezzjoni tad-Data - Mistoqsija 2
Ġbir fuq formoli stampati - x’inhuma l-obbligi tar-rappreżentant tal-grupp ta’ organizzaturi bħala l-uniku kontrollur tad-data?
Japplika għax-Xenarju tal-każ 2, ħlief fir-rigward tal-użu tas-servizz ta’ skambju ta’ files tal-Kummissjoni
Bħala rappreżentant tal-grupp ta’ organizzaturi, meta taġixxi bħala l-uniku kontrollur tad-data, trid tiżgura li d-data tiġi pproċessata f’konformità mal-GDPR, il-liġi nazzjonali applikabbli u r-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej u trid tkun tista’ turi dan.
Fost l-oħrajn, jeħtieġ li:
- Tivvaluta l-impatt tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar fuq id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data, li tinkludi l-valutazzjoni dwar jekk id-data miġbura hix sensittiva qabel l-ipproċessar (f’każ li d-data tal-firmatarji tkun sensittiva, għandek taħtar Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u twettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data
- Tistabbilixxi u żżomm rekord tal-attivitajiet ta’ pproċessar.
- Tieħu miżuri xierqa biex jipproteġu d-data personali kontra forom illegali ta’ pproċessar (qerda aċċidentali jew illegali jew telf aċċidentali, tibdil, żvelar jew aċċess mhux awtorizzat, b’mod partikolari fejn l-ipproċessar jinvolvi t-trażmissjoni ta’ data fuq network, eċċ.); Dawn il-miżuri jistgħu jvarjaw skont jekk il-ġbir isirx fuq karta jew online.
- Tinforma lill-firmatarji dwar l-ipproċessar tad-data personali tagħhom, kif tiġi żgurata l-protezzjoni tagħhom u liema drittijiet jistgħu jeżerċitaw il-firmatarji.
- Tiżgura s-segwitu xieraq għall-mistoqsijiet u t-talbiet tal-firmatarji skont il-GDPR.
- Tiżgura s-sigurtà tad-data meta jiġu sottomessi d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġbura lill-Istati Membri għall-verifika.
- Tiżgura li d-data personali miġbura ma tintużax lil hinn mill-iskop definit fir-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.
- Tinnotifika kwalunkwe ksur tad-data personali lill-awtorità superviżorja tal-protezzjoni tad-data kompetenti fil-prinċipju fi żmien 72 siegħa wara li tkun sirt taf bih u tikkoopera, fuq talba, mal-awtoritajiet superviżorji tal-protezzjoni tad-data.
- Tiżgura li d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ kollha u kwalunkwe kopja tinqered fil-perjodi ta’ żamma tad-data applikabbli.
Il-lista ta’ hawn fuq tingħata għal skopijiet ta’ informazzjoni biss u ma teħlisx lill-organizzaturi milli jissodisfaw l-obbligi direttament applikabbli għalihom skont il-GDPR.
Referenzi:
- L-Artikoli 5, 7, 18 u 19 tar-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej
- L-Artikolu 24 tal-GDPR