Mur għall-kontenut ewlieni
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Grupp ta’ organizzaturi

Inizjattiva taċ-ċittadini trid tiġi proposta minn grupp ta’ organizzaturi.

Rekwiżiti

Il-grupp irid jissodisfa dawn it-tliet rekwiżiti:

  1. Irid ikun fih tal-inqas 7 persuni li għandhom età biżżejjed biex jivvutaw fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew
    (18-il sena, ħlief fil-Belġju, Malta u l-Awstrija fejn l-età tal-votazzjoni hi ta’ 16-il sena, u l-Greċja fejn hi ta’ 17-il sena).
  2. Iridu jkunu jgħixu f’tal-anqas 7 pajjiżi differenti tal-UE. Iridu jkunu ċittadini tal-UE iżda ma għandhomx għalfejn ikunu ċittadini ta’ 7 pajjiżi differenti tal-UE. Pereżempju, il-grupp jista’ jkun fih 3 ċittadini Portugiżi u 4 ċittadini Litwani, sakemm dawn ikunu qed jgħixu f’7 pajjiżi differenti tal-UE.
  3. L-ebda persuna minn dan il-minimu ta’ 7 ma tista’ tkun Membru tal-Parlament Ewropew.

Persuni ta’ kuntatt

Il-grupp irid jinnomina, minn fost il-membri tiegħu, rappreżentat u sostitut biex jitkellmu u jaġixxu f'ismu.

Dawn se jkunu l-persuni ta' kuntatt li jikkomunikaw bejn il-grupp u l-Kummissjoni matul il-proċedura.

Forma ġuridika tal-grupp

Tista’ – iżda mhux bilfors – toħloq entità ġuridika biex tamministra l-inizjattiva. Din l-entità trid tkun irreġistrata f’pajjiż tal-UE u tkun ibbażata fuq il-liġi nazzjonali rilevanti.

Jekk toħloq entità ġuridika, ir-rappreżentant tiegħek għandu jkun awtorizzat jaġixxi f’isimha.

Aktar informazzjoni

 

Tixtieq titgħallem u tikkollabora?