Mur għall-kontenut ewlieni
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Politika ta’ privatezza li tikkonċerna l-indirizzi tal-posta elettronika tal-abbonati għan-newsletter tal-ECI

Operazzjoni ta’ pproċessar: Ġestjoni tal-abbonamenti għan-newsletter tal-ECI

Kontrollur tad-Data: Il-Kummissjoni Ewropea

Kontrollur tad-Data Operazzjonali: Unità SG.A.1 “Prijoritajiet tal-Politiki u Programm ta’ Ħidma”

Referenza tar-rekord: DPR-EC-03928

1. Introduzzjoni

Din l-istqarrija ta’ privatezza tikkonċerna l-operazzjoni tal-ipproċessar “Ġestjoni tal-abbonamenti għan-newsletter tal-ECI” imwettqa mill-Unità SG.A.1 “Prijoritajiet tal-Politiki u Programm ta’ Ħidma” tal-Kummissjoni Ewropea.

L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (hawnhekk ukoll “ECI”) hija strument tad-demokrazija parteċipattiva li jippermetti liċ-ċittadini jissuġġerixxu bidliet legali konkreti fi kwalunkwe qasam fejn il-Kummissjoni Ewropea (hawnhekk ukoll il-“Kummissjoni”) għandha s-setgħa li tipproponi leġiżlazzjoni. Il-qafas legali applikabbli għal dan l-istrument huwa stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej.

Il-Kummissjoni hi impenjata li tipproteġi d-data personali tiegħek u li tirrispetta l-privatezza tiegħek. Il-Kummissjoni tiġbor u tipproċessa iktar id-data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data.

Din l-istqarrija ta’ privatezza tispjega għaliex nipproċessaw id-data personali tiegħek, il-mod kif niġbru u nittrattaw id-data personali kollha li tiġi pprovduta, kif ukoll kif niżguraw il-protezzjoni tagħha, kif dik l-informazzjoni tintuża, u liema drittijiet għandek b’rabta mad-data personali tiegħek. Tispeċifika wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-Kontrollur tad-Data responsabbli li tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek miegħu, tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

2. Għaliex u kif nipproċessaw id-data personali tiegħek?

L-unità SG.A.1 “Prijoritajiet tal-Politiki u Programm ta’ Ħidma” tal-Kummissjoni Ewropea tiġbor u tkompli tipproċessa d-data personali tiegħek sabiex tkun tista’ tirċievi n-newsletter tal-ECI tagħha.

Id-data tiegħek tiġi pproċessata f’isem il-kontrollur operazzjonali tal-Unità SG.A.1 “Prijoritajiet tal-Politiki u Programm ta’ Ħidma” tal-Kummissjoni Ewropea, bl-użu tal-applikazzjoni “EU Newsroom” li hija sistema ta’ ġestjoni tal-aħbarijiet żviluppata mill-Kummissjoni u operata mid-Direttorat Ġenerali għan-Networks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġiji [1].

Id-data personali tiegħek mhix se tintuża għat-teħid awtomatizzat tad-deċiżjonijiet inkluż it-tfassil ta’ profili.

3. Fuq liema bażi(jiet) legali nipproċessaw id-data personali tiegħek

Inti abbonajt biex tirċievi newsletter tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tal-Kummissjoni Ewropea.

Aħna nipproċessaw id-data personali tiegħek, minħabba li tajt il-kunsens tiegħek għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek għall-fini li tirċievi l-informazzjoni mitluba.

F’każ ta’ din ix-xorta l-ipproċessar hu għalhekk legali skont l-Artikolu 5(1)(d) tar-Regolament (UE) 2018/1725, li jispeċifika dan li ġej:

“is-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens għall-ipproċessar ta’ data personali tiegħu għal fini speċifiku wieħed jew aktar”.

4. Liema data personali niġbru u nipproċessaw iktar?

Sabiex twettaq din l-operazzjoni ta’ proċessar l-Unità SG.A.1 “Prijoritajiet tal-Politiki u Programm ta’ Ħidma” tal-Kummissjoni Ewropea tiġbor il-kategoriji ta’ data personali li ġejjin (ara l-formola ta’ abbonament: https://citizens-initiative.europa.eu/newsletter/subscribe_mt):

- L-indirizz tal-posta elettronika tiegħek u l-lingwa li tippreferi, li huma meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil tas-servizz lilek bħala abbonat.

L-abbonament tiegħek joħloq/jaġġorna l-profil tal-utent tiegħek fis-sit web tan-Newsroom. Fil-profil tiegħek, tista’ tipprovdi data personali addizzjonali (titlu, isem, kunjom, pajjiż ta’ residenza, settur) u tabbona għal newsletters oħra. Id-data personali addizzjonali li tindika tista’ tipprovdilek esperjenza aktar personalizzata (jiġifieri timmira aħjar il-kontenut tal-informazzjoni).

5. Għal kemm żmien inżommu d-data personali tiegħek?

L-unità SG.A.1 “Prijoritajiet tal-Politiki u Programm ta’ Ħidma” tal-Kummissjoni Ewropea żżomm biss id-data personali tiegħek għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-iskop tal-ġbir, jiġifieri sakemm tikkomunika d-deċiżjoni tiegħek biex tħassar il-profil tiegħek.

Tista’ tirtira l-kunsens tiegħek biex tirċievi n-newsletter tal-ECI fi kwalunkwe punt billi tuża l-link inkluż fil-qiegħ tal-paġna, fin-naħa t’isfel ta’ kull newsletter li nibagħtulek. Il-profil tal-utent tiegħek ma jitħassarx awtomatikament f’każ bħal dan, minħabba li jista’ jkun li abbonajt għal newsletters oħra tan-Newsroom.

Biex tħassar il-profil tal-utent tiegħek, jekk jogħġbok uża l-link li ġejja: https://ec.europa.eu/newsroom/ecif/logout.cfm

In-Newsroom iżomm biss l-istat attwali tad-data. Ma tiġi rreġistrata l-ebda storja. Kull bidla tal-profil tal-utent tieħu post minnufih id-data kollha fin-Newsroom. Dan jinkludi wkoll li jiġi kkanċellat il-profil tal-utent, din il-bidla hija immedjata wkoll u ma hemm l-ebda mezz biex din l-azzjoni titreġġa’ lura.

Id-data personali se tinżamm għal perjodu ta’ ħames snin wara l-aħħar interazzjoni tas-suġġett mas-sistema tal-ġestjoni tal-aħbarijiet tal-Kummissjoni “EU Newsroom”.

6. Kif nipproteġu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?

Id-data personali kollha f’format elettroniku (indirizzi tal-posta elettronika, dokumenti, bażijiet ta’ data, batches applowdjati ta’ data, eċċ.) jinħażnu fis-servers tal-Kummissjoni Ewropea. L-operazzjonijiet tal-ipproċessar jitwettqu kollha skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea.

Sabiex tipproteġi d-data personali tiegħek, il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ għadd ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi. Il-miżuri tekniċi jinkludu azzjonijiet xierqa biex jindirizzaw is-sigurtà online, ir-riskju tat-telf ta’ data, il-modifika ta' data jew l-aċċess mhux awtorizzat, filwaqt li jitqies ir-riskju ppreżentat mill-ipproċessar u n-natura tad-data personali li qed tiġi pproċessata. Il-miżuri organizzattivi jinkludu r-restrizzjoni tal-aċċess għad-data personali għal persuni awtorizzati biss bi ħtieġa leġittima ta’ tagħrif għall-finijiet ta’ din l-attività ta’ pproċessar.

7. Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?

L-aċċess għad-data personali tiegħek huwa pprovdut lill-membri tal-istaff tal-Kummissjoni awtorizzat biex iwettaq din l-attività ta’ pproċessar u lil staff ieħor tal-Kummissjoni awtorizzat skont il-prinċipju tal-“ħtieġa ta’ tagħrif”. Dan l-istaff jirrispetta ftehimiet statutorji, u fejn meħtieġ, ftehimiet addizzjonali ta’ kunfidenzjalità.

L-informazzjoni li niġbru mhu se tingħata lil ebda parti terza, ħlief jekk sa ċertu punt u għal ċertu fini nkunu obbligati nagħmlu dan bil-liġi.

8. X’inhuma d-drittijiet tiegħek u kif tista’ teżerċitahom?

Għandek drittijiet speċifiċi bħala “suġġett tad-data” skont il-Kapitolu III (l-Artikoli 14-25) tar-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari d-dritt li taċċessa d-data personali tiegħek u li tirranġaha f’każ li d-data personali tiegħek ma tkunx eżatta jew ma tkunx kompluta. Għandek id-dritt li tħassar id-data personali tiegħek, li tillimita l-ipproċessar tad-data, li toġġezzjona għall-ipproċessar u d-dritt għall-portabbiltà tad-data personali tiegħek.

Inti tajt il-kunsens tiegħek li tipprovdi d-data personali tiegħek lill-Unità SG.A.1 “Prijoritajiet tal-Politiki u Programm ta’ Ħidma” tal-Kummissjoni Ewropea għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar. Tista’ tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin billi tinnotifika lill-Kontrollur tad-Data. L-irtirar mhux se jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar imwettaq qabel ma tkun irtirajt il-kunsens.

· Tista’ tivverifika liema data personali qed tinħażen f’ismek, jew timmodifikaha, tikkoreġiha jew tħassarha, billi taċċessa l-profil tal-utent tiegħek bl-indirizz tal-posta elettronika tiegħek: https://ec.europa.eu/newsroom/ecif/logout.cfm

· Tista’ wkoll tirtira l-kunsens tiegħek biex tirċievi n-newsletter fi kwalunkwe punt billi tuża l-link inkluż fil-qiegħ tal-paġna, fin-naħa t’isfel ta’ kull newsletter li nibagħtulek. Il-profil tal-utent tiegħek ma jitħassarx awtomatikament f’każ bħal dan, minħabba li jista’ jkun li abbonajt għal newsletters oħra tan-Newsroom. Biex tħassar il-profil tal-utent tiegħek, jekk jogħġbok uża l-link mogħtija hawn fuq.

Kull bidla tal-profil tal-utent introdotta permezz taż-żewġ modi ta’ hawn fuq tibdel minnufih id-data tiegħek fin-Newsroom. Dan jinkludi t-tħassir tal-profil tal-utent tiegħek.

· Int tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, jew f’każ ta’ kunflitt lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk ikun meħtieġ, tista’ tindirizza wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom tinsab fl-Intestatura 9 hawn taħt. Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek jekk jogħġbok fit-talba tiegħek ipprovdi d-deskrizzjoni tagħhom (jiġifieri r-Referenza/i tar-rekord tagħhom kif speċifikat fl-Intestatura 10 hawn taħt).

It-talba tiegħek sottomessa permezz ta’ dan il-mezz u dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħek se tiġi ttrattata fi żmien xahar minn meta tasal it-talba.

9. Informazzjoni ta’ kuntatt

- Il-Kontrollur tad-Data

Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, jew jekk għandek xi kummenti, mistoqsijiet jew tħassib, jew jekk tixtieq tressaq ilment rigward il-ġbir u l-użu tad-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data Operazzjonali, billi tuża l-informazzjoni ta’ kuntatt li ġejja:

European Commission

Secretariat General

Directorate A 'Strategy, Better Regulation & Corporate Governance'

Unit A.1 'Policy Priorities & Work Programme'

B – 1049 Brussels

Tel. +32 2 29 92165

E-mail: SG-ECI-mailing@ec.europa.eu

- L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Kummissjoni

Inti tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (data-protection-officer@ec.europa.eu) fil-każ ta’ kwistjonijiet marbuta mal-ipproċessar tad-data personali tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

- Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD)

Għandek id-dritt tirrikorri (jiġifieri tista’ tressaq ilment) għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edps@edps.europa.eu) jekk jidhirlek li d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 inkisru b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali mill-Kontrollur tad-Data.

10. Fejn tista’ ssib informazzjoni iktar dettaljata?

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni (UPD) jippubblika r-reġistru tal-attivitajiet kollha ta’ pproċessar tad-data personali mill-Kummissjoni, li jkunu ġew iddokumentati u nnotifikati lilu. Tista’ taċċessa r-reġistru minn dan il-link li ġej: https://ec.europa.eu/info/about-european-commission/service-standards-and-principles/transparency/data-processing-register_mt.

Din l-attività ta’ pproċessar speċifika ġiet inkluża fir-reġistru pubbliku tal-UPD bir-Referenza tar-rekord li ġejja: DPR-EC-03928.

Aktar informazzjoni teknika dwar il-funzjonament tal-applikazzjoni tal-Kamra tal-Aħbarijiet hija inkluża fir-Rekord PR-EC-00841 — fuq is-sit web tas-Sala tal-Aħbarijiet dwar is-Suq Uniku Diġitali.

Tista’ ssib informazzjoni ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data personali fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-ECI fuq: https://citizens-initiative.europa.eu/how-it-works/data-protection_mt


[1] Ara r-rekord DPR-EC-00841 “is-sit web tan-Newsroom dwar is-Suq Uniku Diġitali” fuq: https://ec.europa.eu/dpo-register/detail/DPR-EC-00841.

Tixtieq titgħallem u tikkollabora?