Mur lura għall-paġna ewlenija tal-Gwida dwar il-Protezzjoni tad-Data għall-organizzaturi
Gwida dwar il-Protezzjoni tad-Data - Mistoqsija 5
Sigurtà – x’inhuma r-rekwiżiti meta d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ stampati jinġabru minn attivisti volontarji jew kuntrattati?
Peress li d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ stampati normalment jinġabru b’mod deċentralizzat, il-ġbir spiss isir minn attivisti volontarji jew ikkuntrattati, minbarra l-organizzaturi tal-inizjattiva nfushom. Dawn l-attivisti għandhom jitqiesu bħala proċessuri tad-data u għandhom jaġixxu abbażi ta’ ftehim bil-miktub mar-rappreżentant.
Ftehim ma’ “attivist” hu għalhekk ftehim bejn kontrollur u proċessur skont it-tifsira tal-Artikolu 28 tal-GDPR u jeħtieġ li jkopri l-aspetti elenkati f’dak l-Artikolu.
B’mod indikattiv, ftehim bħal dan f’dan il-kuntest jista’ jkun fih:
- L-awtorizzazzjoni tar-rappreżentant għal attivist biex jiġbor id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ (u l-indirizzi tal-email tal-firmatarji) għal inizjattiva partikolari f’isimhom
- L-istruzzjonijiet tar-rappreżentant dwar kif għandhom jiġu indirizzati mistoqsijiet possibbli relatati mal-protezzjoni tad-data u talbiet mill-firmatarji/is-suġġetti tad-data.
- L-impenn tal-attivist biex tiġi rispettata l-politika tal-protezzjoni tad-data tal-organizzaturi u b’mod partikolari biex:
- jiġbor id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ (u l-indirizzi tal-email tal-firmatarji) biss skont l-istruzzjonijiet mill-organizzaturi, u biss permezz tal-formoli kkomunikati lilhom minn dawn l-organizzaturi;
- joqgħod lura milli jiġbor data oħra;
- jinforma l-firmatarji dwar il-kontenut tal-inizjattiva u dwar id-drittijiet tagħhom skont l-istqarrija ta’ privatezza;
- jinforma lill-firmatarji li l-forniment tal-indirizzi tal-email hu biss fakultattiv u ma jikkondizzjonax id-drittijiet tagħhom li jappoġġjaw l-inizjattiva;
- jaħżen id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġbura (u l-indirizzi tal-email) f’post sikur sakemm jintbagħtu lill-organizzaturi tal-inizjattiva;
- jittrasferixxi d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ u l-indirizzi tal-email miġbura b’mod sigur, eż., bil-posta rreġistrata jew bil-kurrier u lill-organizzaturi tal-inizjattiva biss.
- Il-konferma tal-attivist li:
- ikun qara u fehem id-dispożizzjonijiet ddefiniti fl-Anness III tar-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej u ffamiljarizza ruħu mal-kontenut tal-inizjattiva, kif ukoll mal-materjali li l-organizzaturi jużaw biex jikkomunikawha (sit web, dokumenti jew informazzjoni rilevanti oħra);
- hu jkun konxju mir-responsabbiltà tiegħu għad-data miġbura.
Referenzi:
- L-Artikoli 28 u 32 tal-GDPR.