Biex ikollok idea jekk il-proposta tiegħek tistax tkun suġġett ta' inizjattiva taċ-ċittadini, jeħtieġlek tiċċekkja jekk tikkonċernax qasam ta' politika fejn l-UE għandha l-kompetenza u jekk il-Kummissjoni għandhiex is-setgħa li tissottometti proposta għal att legali f'dan il-qasam.
Fost l-informazzjoni meħtieġa biex tirreġistra l-inizjattiva tiegħek, trid tindika d-dispożizzjoni(jiet) tat-Trattat (artikolu jew referenza usa’) li tqis rilevanti għall-azzjoni li qed tipproponi.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tipproponi att legali meta:
- l-artikolu jirreferi għall-proċedura leġiżlattiva ("il-proċedura leġiżlattiva ordinarja" jew "il-proċedura leġiżlattiva speċjali"), ħlief f'każijiet speċifiċi fejn l-artikolu jipprovdi xort'oħra (i.e. isemmi speċifikament li istituzzjoni oħra minbarra l-Kummissjoni tista' tagħmel il-proposta)
JEW
- l-artikolu jsemmi speċifikament li l-Kummissjoni hi responsabbli biex tagħmel proposta.
Pereżempju: “Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni [...]".
Oqsma ta' politika u Artikoli tat-Trattati relatati
Għandek bżonn aktar informazzjoni?
Agħti daqqa t’għajn mill-viċin lejn is-setgħat tal-Kummissjoni
Iċċekkja l-ideat li kienu diġà s-suġġetti tal-inizjattivi reġistrati
Ikkonsulta t-tweġibiet negattivi mill-Kummissjoni għal inizjattivi proposti li ma kinux jikkonformaw mal-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni
Żur il-Forum tal-Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej fejn tista’ ssib aktar gwida u itlob parir.